About Us
Collections
Services
Regulations
Regulations
Libraries & Archives Department
Libraries & Archives Department
Libraries & Archives Department
Home
Libraries & Archives Department
Libraries & Archives Department Site Map Libraries & Archives Department
Libraries & Archives Department
Contact Us
Libraries & Archives Department
Libraries & Archives Department Help Libraries & Archives Department
Libraries & Archives Department
Libraries & Archives Department
Libraries & Archives Department National Library of Malta Libraries & Archives Department Malta Public Libraries Libraries & Archives Department
Gozo Public Libraries Libraries & Archives Department National Archives of Malta
Libraries & Archives Department Libraries & Archives Department Libraries & Archives Department
   
  National Library of Malta  
 
 

 

 

TEL-ME-MOR!

Merħba fil-website ta’ TEL-ME-MOR!
Dwar il-proġett
Sħab fil-Proġett
Pjan ta’ Xogħol
Opportunitajiet fl-UE
Riċerka mill-UE
IST: l-akbar prijorità fil-programm kurrenti ta’ riċerka ta’ l-UE
Sejħiet għall-Proposti

Merħba fil-website ta’ TEL-ME-MOR!

TEL-ME-MOR hu proġett iffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea taħt is-Sixth Framework Programme ta’ l-Information Society Technologies (IST) Programme. Il-proġett beda fl-1 ta’ Frar 2005 bl-għan ewlieni li jistimula u jiffaċilita l-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet mill-Istati Membri ġodda fl-Unjoni Ewropea fi proġetti ffinanzjati mill-oqsma ta’ l-Information Society Technologies.

F’linja mal-miri ewlenin tagħha, din is-sit, minbarra li tinforma dwar attivitajiet u riżultati , tagħti informazzjoni dwar l-opportunitajiet għal Stati Membri ġodda, għal parteċ ipazzjoni fi proġetti futuri Ewropej fis-setturi tal-Wirt Kulturali u Tagħlim, tal-Programm ta’ l-Information Society Technologies.

Jekk int minn wieħed mill-Istati Membri ġodda u int interessat li taqra b’ilsienek dwar TEL-ME-MOR u dwar opportunitajiet fi proġetti futuri f’Ewropa mkabbra, agħfas hawn jew fil-link Websites Lokali, li tidher hawn taħt .



Dwar il-proġett

L-akronimu

L-isem TEL-ME-MOR jirreferi għal ' The European Library: Modular Extensions for Mediating Online Resources'.

Oriġini

TEL-ME-MOR kien magħżul mill-Kummissjoni Ewropea, Direttorat E - Content, b’riżultat tat-tielet sejħa għall-proposti ppubblikata fl-2004, taħt is- Sixth Framework Programme (FP6). Il-proġett hu ffinanzjat minn Activity 2.3.6.1, li għandha l-għan li tistimula, tinkoraġġixxi u tiffaċilita l- parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet minn Stati Membri ġodda u minn Pajjiżi Kandidati Assoċjati fl-attivitajiet tal-qasam ta’ l-Information Society Technologies (IST) tal-Kummissjoni Ewropea.

Objettivi

TEL-ME-MOR se jappoġġja l-għaxar libreriji nazzjonali ta’ l-Istati Membri ġodda, li huma sħab fil-proġett, biex isiru membri sħaħ tal-Librerija Ewropea, (The European Library, TEL), inizzjattiva, stabbilita taħt il-patrunaġġ tal-Konferenza tal-Libreriji Nazzjonali ta’ l-Ewropa (CENL), li tipprovdi aċċess unifikat għar-riżorsi elettroniċi tal-Libreriji Nazzjonali ewlenin fl-Ewropa, kif ukoll għas-servizzi ta’ libreriji oħra.

Ma’ tmiem il-proġett, se tkun disponibbli on-line, permezz tal-Librerija Ewropea, kollezzjoni komprensiva pan-Ewropea u li faċilment tkun tista’ tiġi misjuba, ta’ riżorsi ta’ informazzjoni ta’ l-aqwa kwalità, li tkopri kull suġġett ta’ interess għall-komunità tar-riċerka. Interfaces multilingwali se jkunu żviluppati biex jagħmluha possibbli għal dawk li jużaw is-servizz mill-Istati Membri ġodda, jidħlu fuq il-faċilità on-line bl-ilsien tagħhom.

TEL-ME-MOR se jqajjem għarfien u jxerred informazzjoni fuq l-opportunitajiet għal parteċipazzjoni fi proġetti futuri, maħsuba biex jistimulaw żieda fil-parteċipazzjoni ta’ istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet mill-Istati Membri ġodda, f’sejħiet futuri għal proposti ppubblikati mill- Kummissjoni Ewropea fis-setturi ta’-Wirt Kulturali u Tagħlim ta’ l- Information Society Technologies Programme (IST).

Udjenzi fil-mira

TEL-ME-MOR jindirizza s-setturi kulturali, edukattivi, industrijali u pubbliċi. Jimmira li jqarreb id-diversi xbieki ta’ dominji professjonali, l-awtoritajiet responsabbli mill-istituzzjonijiet u s-servizzi tagħhom lejn is-settur tar-riċerka, il-komunitajiet ta’ riċerka, ta’ studji akkademiċi u ta’ l-IT. Il-proġett jimmira partikolarment l-udjenzi li ġejjin:

•  Libreriji, mużewijiet, arkivji

•  Istituzzjonijiet edukattivi (skejjel, universitajiet, eċċ.)

•  Aġenziji governattivi u dawk li jfasslu l-politika

•  Awtoritajiet lokali

•  Riċerkaturi

•  Intrapriżi Żgħar u Mezzani (SMEs) ta’ l-ICT

•  Individwi

Baġit u qafas ta’ żmien

TEL-ME-MOR għandu baġit ta’ madwar 1.4 miljun Ewro u se jdum għaddej sentejn.

Programm ta’ xogħol

Il-pjan ta’ xogħol ta’ TEL-ME-MOR jidher hawn.


Sħab fil-Proġett

Il-konsorzju ta’ TEL-ME-MOR jinkludi dawn is-16-il imsieħeb:

• Il-Librerija Nazzjonali tal-Ġermanja – Koordinatur

• Il-Librerija Nazzjonali ta’ l-Olanda

• Il-Librerija Nazzjonali ta’ l-Ingilterra

• Il-Librerija Nazzjonali ta’ l-Isvizzera

• Konferenza tal-Libreriji Nazzjonali ta’ l-Ewropa [CENL]

• Eremo srl, Italja

• Il-Librerija Nazzjonali tar-Repubblika Ċeka

• Il-Librerija ta’ Ċipru

• Il-Librerija Nazzjonali ta’ l-Estonja

• Il-Librerija Nazzjonali ta’ l-Ungerija

• Il-Librerija Nazzjonali tal-Latvja

• Il-Librerija Nazzjonali tal-Litwanja

• Bibljoteka Nazzjonali ta Malta

• Il-Librerija Nazzjonali tal-Polonja

• Il-Librerija Nazzjonali tas-Slovakkja

• Il-Librerija Nazzjonali u Universitarja tas-Slovenja

Pjan ta’ Xogħol

L-attivitajiet tal-Proġett TEL-ME-MOR huma organizzati f’ħames pakketti ta’ xogħol (WPs). Tlieta minnhom huma mmexxija minn organizzazzjonijiet mill-Istati Membri Ġodda. Deskrizzjoni qasira ta’ dawn il-pakketti ta’ xogħol tinsab hawn taħt.

WP1 Analiżi ta’ ħtiġijiet għar-riċerka

L-objettiv hu li jkunu nvestigati l-ħtiġijiet għar-riċerka tal-bibljoteki nazzjonali fl- Istati Membri Ġodda u tal-klijenti tagħhom mis-setturi tar-riċerka u l-applikazzjoni teknoloġika, b’iffukar fuq riċerka u servizzi ġodda f’oqsma li huma relevanti għall- Information Society Technologies (IST) Programme.

Ir-riżultat ikun għodda ta’ orjentazzjoni valida għal dawk li jittamaw li jkunu atturi fl-IST fl-Istati Membri Ġodda, hekk kif iwieġbu għal sejħiet futuri u jaħdmu bi sħiħ biex jiżviluppaw servizzi ġodda għall-komunitajiet ta’ riċerka bbażati fuq l-ICT (Information & Communication Technologies).

Immexxi mil-Librerija Nazzjonali tar-Repubblika Ċeka.

WP2 Żviluppar tax-xibka għal aċċess għar-riżorsi nazzjonali

L-objettiv hu li l-libreriji nazzjonali mill-Istati Membri Ġodda jiġu mgħejjuna jintroduċu informazzjoni effettiva u għodod ta’ teknoloġija għal komunikazzjoni u servizzi ta’ appoġġ fuq ix-xibka bħala bażi għat-turija tal-karatteristiċi ta’ l-ambjent tal-Librerija Ewropea li bihom ir-riċerkaturi jistgħu jiksbu l-informazzjoni meħtieġa minn kullimkien u f’kull ħin. Aktar minn hekk din twassal ukoll biex jiżdied il-profil ta’ din ix-xibka ta’ tagħrif fl-Istati Membri Ġodda.

Immexxi mil-Librerija Nazzjonali ta’ l-Olanda.

WP3 Żviluppar tal-kapaċità multilingwali tax-xibka

L-objettiv hu t-tqegħid tas-sisien għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet multilingwali biex b’hekk l-informazzjoni u t-tagħrif disponibbli mil-libreriji nazzjonali fl-Istati Membri ġodda, isiru aktar aċċessibbli għall-klijenti prinċipali tagħhom, jiġifieri r-riċerkaturi u ħaddiema fl-oqsma edukattivi u kulturali, permezz ta’ interfaces u mekkaniżmi ta’ tiftix b’kull ilsien nazzjonali.

Immexxi mil-Librerija Nazzjonali u Universitarja tas-Slovenja b’koperazzjoni mal-Librerija Nazzjonali ta’ l-Isvizzera.

WP4 Żviluppar ta’ l-għarfien u spazju għall-informazzjoni elettronika għal ħidmiet ta’ riċerka bi sħab

L-objettiv hu li jkun żviluppat għarfien ta’ atturi prinċipali fis-soċjetà ta’ l-għarfien fl-Istati Membri Ġodda, ta’ opportunitajiet għal involviment f’ħidmiet ta’ riċerka bi sħab u l-kontribuzzjoni potenzjali tagħhom fit-tfassil ta’ l-aġendi ta’ riċerka. Metodi użati jkunu jinkludu websites bl-ilsna ta’ l-Istati Membri l-ġodda kollha illinkjati, konferenzi reġjonali, newsletters u l-organizzazzjoni ta’ konferenza Ewropea, li twessa’ l-impatt lejn membri oħra tas-CENLA fl-Unjoni Ewropea, fil- Commonwealth of Independent Nations u fil-pajjiżi tal-Balkani.

Immexxi mil-Librerija Nazzjonali ta’ l-Estonja.

WP5 Tmexxija

Dan il-Pjan ta’ Xogħol jittratta l-maniġment, il-koordinazzjoni u l-attivitajiet ta’ evalwazzjoni tal-proġett.

Immexxi mil-Librerija Nazzjonali tal-Ġermanja.


Opportunitajiet fl-UE

L-objettiv ta’ din is-sezzjoni hu li tipprovdi l-aħħar informazzjoni dwar l-opportunitajiet għal organizzazzjonijiet mill-Istati Membri Ġodda biex jipparteċipaw fi proġetti ta’ l-Unjoni Ewropea fi ħdan is-setturi tat-Tagħlim u l-Kultura ta’ l-Information Society Technologies (IST) Programme. Din is-sezzjoni tinforma dwar sejħiet għal proposti kurrenti u futuri, avvenimenti u attivitajiet relatati oħra imwettqa mill-Unit dwar it- Tagħlim u l-Wirt Kulturali tal-Kummissjoni Ewropea, tipprovdi links relevanti u ħjiel siewi għall-preparazzjoni ta’ proposti ta’ proġetti.

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar sejħiet, proċeduri għas-sottomissjoni ta’ proposti, avvenimenti, eċċ., jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq: info@telmemor.net.


Riċerka mill-UE

Information Society Technologies u riċerka Ewropea

L-Information Society Technologies (IST) jirrelataw ma’ l-applikazzjoni tat-teknoloġiji tat- telekomunikazzjoni mad-dinja ta’ l-informatika li dejjem tikber. L-iżvilupp ta’ prodotti u servizzi ta’ l-IST huma fl-aħħarnett intenzjonati biex joħolqu Soċjetà ta’ Informazzjoni li tintuża b’faċilità, għall-benefiċċju tan-negozji kollha u ċ-ċittadini individwali madwar id-dinja.

L-Information Society Technologies (IST) illum huma prijorità prinċipali fl-attivitajiet ta’ riċerka tal-Kummissjoni Ewropea. Dawn huma organizzati madwar programmi konsekuttivi li jtulu erba’ snin, imsejħa Programmi ta’ Struttura għall-Iżvilupp tar-Riċerka u t- Teknoloġija (Framework Programmes for Research and Technological Development (RTD)), li jikkumplimentaw il-programmi ta’ riċerka nazzjonali u reġjonali, u huma mmirati biex iżidu l-kompetittività Ewropea u l-kwalità tal-ħajja. Is-Sitt Programm ta’ Struttura (FP6) kurrenti, ipoġġi 7 prijoritajiet imsejħa ‘Oqsma ta’ Prijorità Tematika’ relevanti għall-perjodu 2002-2006. Il-Prijorità ta’ l-IST hi Priority 2.


IST: l-akbar prijorità fil-programm kurrenti ta’ riċerka ta’ l-UE

Fl-FP6, 3600 miljun Ewro ta’ finanzjament ġew mogħtija bi prijorità għar-riċerka fl-IST, biex għamluha is-sors ewlieni ta’ finanzjament mill-Unjoni Ewropea għall-proġetti ta’ riċerka fl-IST. Il-Prijorità ta’ l-IST timmira biex:

•  iżżid l-innovazzjoni u l-kompetittività fin-negozji u l-industrija Ewropea, u b’hekk tikkontribwixxi għal benefiċċji akbar għaċ-ċittadini Ewropew kollha,

•  tistimula l-integrazzjoni u l-istrutturar tar-riċerka Ewropea, u b’hekk tassigura ż-żjieda fit-tkattir ta’ l-avviċinament ma’ l-Ewropa kollha għal riċerka f’oqsma ewlenin ta’ l-IST u tgħin biex tinħoloq Medda komuni ta’ Riċerka Ewropea fl-IST

•  tassigura t-tmexxija Ewropea fit-teknoloġiji ġeneriċi u applikati fil-qalba ta’ l-ekonomija tal-għarfien.

Programm ta’ Xogħol ta’ l-IST 2005-2006

Il-Programm ta’ Xogħol ta’ l-IST għall-perjodu 2005-2006 (WP 2005-06) jiddefinixxi fid-dettall l-objettivi u l-prijoritajiet tal-meddiet ta’ prijorità tematika ta’ l-IST. Id-dokument ipoġġi wkoll l-objettivi u l-kontenut tekniku tas-sejħiet għall-proposti, il-pjan ta’ implimentazzjoni u l-kriterja li se tintuża biex ikunu evalwati l-proposti li jwieġbu għal dawn is-sejħiet.

Il-programm jista’ jitniżżel minn hawn.


Sejħiet għall-Proposti

Sejħa 5 fetħet nhar it-18 ta’ Mejju 2005 u tagħlaq fil-21 ta’ Settembru 2005. Is-sejħa tindirizza fost l-oħrajn, l-Objettiv Strateġiku ‘Aċċess għal u preservazzjoni tar-riżorsi kulturali u xjentifiċi’ (2.5.10). Aqra aktar fuq din is-Sejħa.

Introduzzjoni u tagħrif dwar l-oriġini

L-ewwel sejħa għal proposti milll-FP6 indirizzat l-Objettiv Strateġiku ‘Tagħlim a rrikkit bit-Teknoloġija’ u aċċess għall-wirt kulturali’. Is-sejħa fetħet fis-17 ta’ Diċembru 2002 u għalqet fl-24 ta’ April 2004.

Dettalji dwar proġetti ffinanzjati b’riżultat ta’ din is-sejħa fi ħdan is-settur tal-‘Wirt Kulturali’, jistgħu jinstabu f’din il-link.

Lista ta’ proġetti ffinanzjati fi ħdan il-qasam tat-Tagħlim tista’ tinkiseb minn hawn.

Fokus fuq ‘l-Ewropa Mkabbra’

Il-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet mill-Istati Membri li ngħaqdu ma’ l-Unjoni f’Mejju 2004 kibret bejn l-ewwel sejħiet ta’ l-IST. Bħala riżultat, il-Programm ta’ Xogħol 2005-06 jinkludi miżuri speċifiċi biex jissaħħu aktar il-ħidma bi sħab u l-kollaborazzjoni fir-riċerka ICT bejn il-Membri ‘antiki’ u l-Istati Membri Ġodda. L-Objettiv Strateġiku 2.4.13, ‘It-tisħiħ ta’ l-integrazzjoni ta’ l-isforz ta’ riċerka ICT f’Ewropa mkabbra’, hu mmirat biex ‘jiġu żviluppati u kkonfermati sistemi u servizzi innovattivi u effiċjenti bbażati fuq l-ICT, f’oqsma ta’ applikazzjonijiet prinċipali għal żvilupp soċjali u ekonomiku ta’ l-Ewropa mkabbra biex tissaħħaħ l-integrazzjoni tal-‘Medda ta’ Riċerka Ewropea’ ta’ l-IST.

Informazzjoni dettaljata dwar l-objettivi strateġiċi ta’ l-FP6 jistgħu jinstabu fil-Programm ta’ Xogħol, li jitniżżel mil-link:
http://www.cordis.lu/ist/workprogramme/fp6_workprogramme.htm.

SEJĦA 5

SEJĦA 5 fetħet fit-18 ta’ Mejju 2005 u tagħlaq fil-21 ta’ Settembru 2005. Is-sejħa tkopri l-oqsma tal-Wirt Kulturali u Interfaces Multimodali inklużi Komunikazzjonijiet Multilingwali.

Ix-xogħol fil-qasam Kulturali jindirizza l-Objettiv Strateġiku 2.5.10, imsejjaħ 'Aċċess għal u preservazzjoni ta’ riżorsi kulturali u xjentifiċi’, u jiffoka fuq żewġ objettivi ewlenin:

1. Aċċess

Biex tappoġġja il-komplessità li qed titfaċċa ta’ oġġetti u mħażen kulturali u xjentifiċi diġitali, permezz ta’ rappreżentazzjonijiet konċettwali arrikkiti u metodi ta’ aċċess avvanzati.

Ix-xogħol għandu jiffoka fuq l-applikazzjoni ta’ l-aħħar teknoloġiji prinċipali (teknoloġiji ta’ l-għarfien, viżwalizzazzjoni, realtà virtwali) biex jiġu ttestjati f’xenarji reali imma innovattivi:

•  Metodi awtomatizzati għal qbid, indiċjar u rappreżentazzjoni semantika – oġġetti mhux testwali u kkrossjati fil-medja.

•  Rappreżentazzjoni ta’ l-għarfien u teknoloġiji ta’ aċċess għal oġġetti ta’ wirt kulturali komplessi, bla struttura u dinamiċi

•  Dominji ontoloġiċi

•  Kontenut miktub b’kollaborazzjoni – komunitajiet online

•  Mudelli ta’ applikazzjoni għal aċċess ta’ informazzjoni kulturali minn kullimkien.

Riċerka f’dan il-qasam għandha twassal għal użu aktar parteċipattiv u kreattiv tal-Wirt Kulturali miċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet kulturali, f’kull livell, permezz ta’ komunitajiet online kreattivi.

Għodod (tipi ta’ proġetti) u partnerships: STREPs se jkun il- mekkaniżmu ewlieni għar-riċerka fit-tul dwar l-aċċess u l-użu tal- kontenut kulturali. Partnerships se jinvolvu il-komunità riċerkattriċi tal-Wirt Kulturali, ir-riċerka teknoloġika u żviluppaturi, inklużi high- tech SMEs u istituzzjonijiet kulturali.

Biex issir taf aktar dwar it-tip ta’ għodod agħfas hawn.

2. Preservazzjoni Diġitali

Biex tesplora kif tippriserva d-disponibbiltà tar-riżorsi diġitali matul iż-żmien, permezz ta’ kunċetti, teknika u għodod ġodda.

Riċerka f’dan il-qasam għandha tinvestiga metodi u sistemi biex tiggarantixxi l-preservazzjoni ta’ oġġetti diġitali għal żmien twil. Ix-xogħol hu miftuħ kemm għal esperimenti ta’ żmien qasir u kemm għal riċerka fit-tul. Ir-riċerka hi meħtieġa biex jiġu żviluppati sodod ta’ l-ittestjar u sistemi li jappoġġjaw id-disponibbiltà u l-aċċessibiltà tar-riżorsi b’għadd ta’ għejjun u b’għadd ta’ formati. Riċerka fit-tul hi neċessarja biex tindirizza l-preservazzjoni ta’ oġġetti diġitali komplessi, dinamiċi u ta’ volum għoli, inklużi dawk b’livelli għola ta’ interattività.

Għodod: IPs huma l-għodod preferuti għas-sodod ta’ l-ittestjar ta’ riżorsi b’għadd ta’ għejjun. L-istrutturar u l-bini ta’ l-interessi fir-riċerka dwar il-preservazzjoni diġitali inkluż fehim aħjar ta’ kwistjonijiet dwar it-tul tal-ħajja diġitali fuq perjodi ta’ żmien estiżi, x’aktarx tkun indirizzata l-aħjar permezz tas-CAs.

Biex issir taf aktar dwar it-tipi ta’ għodod agħfas hawn.

Biex issir taf aktar dwar is-SEJĦA

Dokumentazzjoni dwar Sejħa 5 (inkluż test tas-sejħa)

Sommarju tal-miri tar-riċerka fid-dominju tal-wirt kulturali b’link għal mal-programm sħiħ ta’ xogħol.
About Us | Collections | Services | Regulations | International Projects
Tel-MeMor
Previous Page Click here to print this page*Back to Top

 

 

 
*
*
*
 
Home | National Library of Malta | Malta Public Library | Gozo Public Library | National Archives of Malta
Search | Site Map | Help | FAQs | Privacy Policy | Disclaimer | Government of Malta | Ministry of Education | DOI
Libraries & Archives Department. Copyright © 2003